Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 – MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria taħt il-forma ta’parteċipazzjoni siekta minn impriża pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti dwar l-istess proċedura – Vantaġġ – Kriterju tal-investitur privat – Kunċett ta’ intrapriżi f'’diffikultà – Kalkolu tal-komponent tal-għajnuna – Żball manifest ta'’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Brüggen u C. Geiert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni  2011/471/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C 38/05 (ex NN 52/04) (ĠU 2011, L 195, p. 55).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)     MB System GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 186, 25.06.2011.