Language of document : ECLI:EU:T:2011:231





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 – Dagher vs Il‑Kunsill u L-Italja

(Kawża T-218/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Inkompetenza manifesta ‑ Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Talba għal miżuri provviżorji indirizzata kontra Stat Membru li jibbaża ruħu fuq rikors prinċipali ppreżentat kontra l-Kunsill - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 4, 5)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba marbuta ma’ rikors ippreżentat kontra Stat Membru - Inkompetenza manifesta tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà (Artikoli 256 TFUE, 263 TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51) (ara l-punt 5)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ġurisdizzjoni tal-imħallef għall-miżuri provviżorji - Ordnijiet lil terzi (Artikoli 256 TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punt 7)

Suġġett

L-ewwel nett, talba intiża biex il-Kunsill u l-awtoritajiet Taljani jingħataw l-ordni li joħorġu lir-rikorrent viża, it-tieni nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-danni allegatament miġruba mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda bħala inammissibbli inkwantu fformulata kontra r-Repubblika Taljana.

2)

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.