Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-9 ta’ Ġunju 2023 – EA vs Artemis security

(Kawża C-367/23, Artemis security)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EA

Konvenut: Artemis security SAS

Domandi preliminari

L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jipproduċi effett dirett u biex jiġi invokat minn ħaddiem f’kawża li tikkonċernah?

L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjonijiet jew prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet adottati biex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-evalwazzjoni mingħajr ħlas tas-saħħa tal-ħaddiem, id-dritt għal kumpens ta’ dan tal-aħħar huwa suġġett għall-prova tad-dannu li jkun irriżulta minn dan in-nuqqas?

____________