Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑18 ta’ Settembru 2023 –
Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill
(Kawża C‑445/23 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Artikolu 263 TFUE – Rikors intiż għall-annullament ta’ att tal-Unjoni – Artikolu 278 TFUE – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dan l-att – Deċiżjoni (UE) 2023/852 – Riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Żieda fl-għadd ta’ kwoti mqiegħda f’riżerva – Urġenza – Sigurtà tal-enerġija – Degradazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta’ Stat Membru”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji
(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(3))
(ara l-punti 7 sa 9)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja – Żieda fl-għadd ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra mqiegħda fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq – Żieda fil-kwoti f’riżerva li tista’ tikkontribwixxi għal żieda fl-ispejjeż tal-użu tal-faħam – Assenza ta’ prova ta’ dannu gravi u irreparabbli
(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 160(3))
(ara l-punti 24 sa 26, 29, 30, 33 sa 44)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Ksur mill-att ikkontestat ta’ regola superjuri tad-dritt – Kundizzjoni mhux issodisfatta awtomatikament
(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 160(3))
(ara l-punt 28)
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |