Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2011 - Ghost Brand vs UASI - Procter & Gamble International Operations (GHOST)

(Kawża T-298/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ghost Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Caddick, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Procter & Gamble International Operations SA (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna li t-trasferiment tal-proprjetà tat-trade mark Komunitarja bin-Nru 000282350 "GHOST" lil Procter & Gamble Internazzjonali Operazzjonijiet S.A. għandu jiġi rreġistrat u ppubblikat biss fir-rigward ta' "kosmetiċi", u li l-proprjetà tar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 25, u "spapen, fwejjaħ, żjut essenzjali, lozjonijiet għax-xagħar" fil-klassi 3 għandha tibqa' fl-isem ta' Ghost Brand Limited.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li għaliha saret applikazzjoni għal trasferiment ta' proprjetà: it-trade mark verbali "GHOST", għal prodotti fil-klassi 3 ("spapen, fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozjonijiet għax-xagħar") - Trade mark Komunitarja Nru 282350

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob it-trasferiment ta' proprjetà tat-trade mark Komunitarja: l-appellanti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal trasferiment parzjali ta' proprjetà miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u d-Dipartiment tad-Disinni u tar-Reġistru għandu jirreġistra u jippubblika t-trasferiment ta' proprjetà

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi: (i) it-Tieni Bord tal-Appell wettaq żball meta ma nnotifikax lir-rikorrenti bil-proċedimenti ta' appell, jew bid-deċiżjoni tal-appell; (ii) it-Tieni Bord tal-Appell ma ngħatax l-informazzjoni kollha neċessarja, u l-appell tal-appellanti kien ibbażat fuq qerq, u, (iii) l-appellanti aaġixxiet in mala fide meta appellat mid-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

____________