Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 - Rosenbaum vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-9/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Eckehard Rosenbaum (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tqiegħed lir-rikorrent, fil-mument tar-reklutaġġ tiegħu, fil-grad AD 6/2.
It-talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Frar 2007, rigward il-klassifikazzjoni tar-rikorrent fil-grad AD 6/2;
tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 9;
sussidjarjament, tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 8;
b'mod iktar sussidjarju, tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 7;
tordna lill-konvenuta tqiegħed lir-rikorrent fis-sitwazzjoni finanzjarja li kien ikun fiha kieku ġie mqiegħed fil-grad korrett;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
____________