Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' April 2012 - Brainlab vs UASI (BrainLAB)
(Kawża T-326/11)
["Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali BrainLAB - Nuqqas ta' talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Kanċellazzjoni tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' April 2011 (Każ R 1596/2010-4), fir-rigward ta' applikazzjoni għal restitutio in integrum u għat-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark BrainLAB mressqa mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' April 2011 (Każ R 1596/2010-4) hija annullata.
2) Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 269, 10.09.2011.