Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2023 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-752/20, IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-559/23 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-752/20, IMG vs Il-Kummissjoni;
B’konsegwenza, tilqa’ t-talbiet tal-ewwel istanza tal-appellanti u, għaldaqstant,
Tiddeċiedi li l-Kummissjoni Ewropea kienet suġġetta għal responsabbiltà mhux kuntrattwali;
Tikkundanna lill-appellata tikkumpensa d-dannu subit mill-appellanti evalwat, suġġett għal kompletezza, għal EUR 10 000 fix-xahar fuq perijodu li beda f’nofs Diċembru 2015 u li jibqa’ għaddej sal-pronunzja tas-sentenza li għandha tingħata għad-dannu morali, u għal EUR 2 100 000 għad-dannu materjali (żieda tal-interessi moratorji);
Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.
Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċett ta’ rabta kawżali – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti – Ksur tal-prinċipju omnia petita
Żball ta’ liġi – Klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti – Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċetti ta’ illegalità tal-aġir u ta’ imputabbiltà – Żnaturament tal-proċess
Ksur tad-dmir ta’ premura – Ksur mill-qorti tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha
Ksur tad-dmir ta’ diliġenza – Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 883/2013 – Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċett ta’ illegalità tal-aġir
Fuq it-talba tal-Kummissjoni dwar il-parir tas-servizz legali: ksur tal-prinċipu ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet
____________