Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Volkskreditbank vs SRB

(Kawża T-348/21) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Volkskreditbank AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger, A. Brenneis u J. Holzmann, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, C. Flynn u D. Ceran, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021, sa fejn jikkonċernaha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 hija annullata safejn tikkonċerna lil Volkskreditbank AG.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, safejn tikkonċerna lil Volkskreditbank, jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’perijodu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tiffissa l-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 ta’ dan l-istabbiliment.

Is-SRB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Volkskreditbank.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 320, 9.8.2021.