Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – Nguyen vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-20/14)1

(“Rikors għal annullament – Riforma tal-istatut tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewroprea u tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni – Kondizzjonijiet inqas favorevoli fil-qasam tal-ħlas fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u taż-żieda tal-leave annwali permezz ta’ jiem ta’ leave addizzjonali għal raġuni ta’ distanza – Nuqqas ta’ interess individwali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament kompletament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Huynh Duong Vi Nguyen (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u E. Taneva, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, ippreżentata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikolu 1(65)(b) u (67)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), safejn dawn id-dispożizzjonijiet jorbtu d-dritt għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ vjaġġ annwali u l-leave għal raġuni ta’ distanza għal dan il-vjaġġ mal-allowance tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens ibbażata fuq l-Artikolu 340 TFUE, maħsuba għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Huynh Duong Vi Nguyen għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent mill-Kummissjoni Ewropea.