Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 – K Chimica vs ECHA

(Kawża T-675/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: K Chimica Srl (Mirano (VE), l-Italja) (rappreżentanti: R. Buizza u M. Rota, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-ECHA (2013)3665, tal-15 ta’ Ottubru 2013, u tirrikonoxxi lil K Chimica l-istatus ta’ impriża ta’ daqs żgħir jew medju;

tapplika t-tnaqqis ta’ dħul previst għall-impriżi ta’ daqs żgħir jew medju;

tannulla l-fattura Nru 10029302 ta’ EUR 9 300 mitluba bħala differenza dovuta għad-dħul mit-taxxa sħiħa applikata fuq K Chimica,

tannulla s-sanzjoni amministrattiva ta’ ammont ta’ EUR 19 900 imposta mill-ECHA skont il-fattura Nru 10043954.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategorija ta’ impriżi ta’ daqs żgħir jew medju, għandu jiġi vverifikat jekk l-impriża kkonċernata hijiex impriża awtonoma jew jekk tidħolx f’grupp ta’ impriżi. Skont l-irwol eżerċitat mill-impriża kkonċernata, hemm bżonn li tittieħed inkunsiderazzjoni d-data finanzjarja tal-impriżi tal-grupp u, b’mod partikolari, dik tal-impriżi “msieħba” u dik tal-impriżi “relatati”.

Fir-rigward ta’ dan is-suġġett, hija ssostni li, skont ir-regola bażika għall-evalwazzjoni tad-dimensjoni tal-impriża kkonċernata, mad-data għandhom jiżdiedu:Id-data ta’ impriżi eventwali msieħba tal-impriża kkonċernata, li jinsabu mill-ewwel qabilha jew waraha, b’mod ugwali għas-sehem fil-kapital jew għall-perċentwali tad-drittijiet għal vot. Mad-data tal-impriżi msieħba mal-impriża kkonċernata mill-kalkoli, għandu jiżdied 100 % tad-data ta’ impriżi “relatati” eventwali mal-imsemmija impriżi “msieħba”,100 % tad-data tal-impriżi eventwali direttament jew indirettament “marbuta” mal-impriża kkonċernata. Mal-100 % tad-data tal-impriżi marbuta mal-impriża kkonċernata, għandu jiżdied, b’mod ugwali għas-sehem fil-kapital jew għall-perċentwal tad-drittijiet għal vot, id-data ta’ impriżi msieħba eventwali tal-impriżi marbuta mal-impriża kkonċernata, li jinsabu mill-ewwel qabilha jew waraha.It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ rikonoxxi

ment ta’ K Chimica bħala impriża ta’ daqs żgħir jew medjuF’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, fuq il-bażi tal-Artikolu 6 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni, li d-data rilevanti li tippermetti li K Chimica tiġi kklassifikata bħala impriża ta’ daqs żgħir jew medju huma s-segwenti:100 % tad-data ta’ K Chimica;100 % tad-data ta’ I.C.B S.r.l;40 % ta

d-data ta’ Medini Ltd;36.66 % tad-data ta’ ALO Immobilien GmbH.