Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Gugler France vs UASI – Gugler (GUGLER)

(Kawża T-674/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gugler France SA (Besançon, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 356/2012-4;

tikkanċella t-trade mark ikkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “GUGLER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17, 19, 22, 37, 39 u 42 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 324 902

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-motivi huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja