Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 – AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-679/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance européenne des mouvements nationaux (AEMN) (Matzenheim, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewopew

Talbiet tar-rikorrenti

–    tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2013, ritraskritta parzjalment bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2013 u li stabbiliet l-allokazzjoni definittiva, mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għas-sena 2012, għas-somma ta’ EUR 186 292.12 u konsegwentement iddeċiediet li l-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għandha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 45 476.00 peress li somma ta’ EUR 231 412.80 diġà ngħatat lill-assoċjazzjoni rikorrenti;

–    tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas l-ispejjeż kollha u li jħallas għal dan il-għan somma ta’ EUR 20 000.000 lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-678/13, AEMN vs Il-Parlament.