Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/13) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni - Talba li tirrigwarda sensiela ta’ dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Talba li tirrigwarda dokument wieħed – Werrej – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskop ta’ ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki – Interess pubbliku superjuri – Kawża għal kumpens – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u minn A. Köhler, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meyring u E. Venot, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl fil-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi) DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl tal-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi), hija annullata sa fejn tirrigwarda rifjut sabiex Axa Versicherung AG tkun tista’ taċċedi għar-riferimenti għad-“dokumenti ta’ klemenza” inklużi fil-werrej ta’ dan il-fajl.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Axa Versicherung u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 71, 8.3.2014.