Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Italian International Film vs EACEA

(Kawża T-676/13) 1

[“Programm ta’ apoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) – Miżuri ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni transnazzjonali ta’ films Ewropej – Sejħa għall-proposti fil-kuntest tas-sistema ʽselettivaʼ 2013 – Att tal-EACEA li informa lir-rikorrenti bir-rifjut tal-applikazzjoni tagħha dwar il-film ʽOnly God forgivesʼ – Att tal-EACEA li tikkonferma r-rifjut iżda li għandha motivi ġodda – Kompetenza – Tqassim ta’ kompiti bejn il-Kummissjoni u l-EACEA – Kompetenza marbuta – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Linji gwida permanenti 2012-2013 – Ftehim ta’ distribuzzjoni materjali jew fiżika – Assenza ta’ notifika minn qabel lill-EACEA – Applikazzjoni mhux eliġibbli”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italian International Film Srl (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, B. Bettelli u M. Bottino, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u D. Homann, aġenti, assistiti minn D. Fosselard u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti għall-għoti ta’ għajnuna għall-film “Only God Forgives”, wara s-sejħa għal proposti EACEA/21/12 MEDIA 2007 — Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej — l-Iskema “Selettiva” 2013 (ĠU 2012, C 300, p. 5), ippubbikat fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 1718/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, p. 12), stabbilit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Italian International Film Srl u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 45, 15.2.2014.