Language of document : ECLI:EU:T:2016:480

Kawża T-675/13

K Chimica Srl

vs

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

“REACH – Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża – Rakkomandazzjoni 2003/361/KE – Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva – Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża – Setgħa tal-ECHA”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016

1.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 TFUE u 266 TFUE)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Talbiet – Modifika fil-mori tal-kawża – Kundizzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(d), u 48(2))

3.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti b’riferiment għas-sustanza tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

4.      Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti – Inammissibbiltà – Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva

(Artikolu 263 TFUE)

5.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Tnaqqis tal-ħlasijiet previst għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża – Possibbiltà għall-ECHA li teżiġi, fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni 2003/361, li impriża tikkomunikalha informazzjoni dwar impriża mhux imsieħba – Assenza

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, Artikolu 13(4); Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, Anness, Artikoli 3(2) u 6(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 20)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 21)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23, 24)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 25, 26)

5.      L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ma tistax b’mod validu tinvoka l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, bħala bażi ġuridika biex teżiġi, fil-kuntest tar-reġistrazzjoni ta’ sustanza, mingħand il-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni li tkun tixtieq tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi medji, informazzjoni dwar impriża mhux imsieħba tal-persuna li tagħmel it-talba, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Anness tal-imsemmija rakkomandazzjoni. Fil-fatt, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li din tapplika għall-evalwazzjoni tad-data tal-impriżi msieħba tal-impriża inkwistjoni, jiġifieri l-impriża li hija s-suġġett ta’ eżami fil-kuntest tar-Rakkomandazzjoni 2003/361 sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tagħha. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ impriża msieħba “indiretta” ma huwiex inkluż fl-imsemmija rakkomandazzjoni.

Barra minn hekk, it-termini “impriża inkwistjoni” ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jkopru l-impriżi kollha li fir-rigward tagħhom għandha tinġabar id-data. Minbarra l-fatt li din l-interpretazzjoni ma hijiex konformi mal-għan tar-Rakkomandazzjoni 2003/361, li huwa dak li jiġi ddeterminat id-daqs ta’ impriża inkwistjoni u mhux dak tal-imriżi li għandhom rabtiet ma’ din l-impriża, tali interpretazzjoni tista’ twassal sabiex, f’ċerti każijiet, tittieħed inkunsiderazzjoni mingħajr limiti data ta’ impriżi li jinsabu upstream jew downstream tal-impriża inkwistjoni.

(ara l-punti 44, 47)