Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T-15/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburgu, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-UASI tat-18 ta' Novembru 2008, Każ R 70/2006-4, inkwantu din irrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 fir-rigward tal-intier tal-prodotti u s-servizzi mitluba fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42;

ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 għall-prodotti u s-servizzi kollha previsti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark;

il-kundanna tal-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest ta' dan ir-rikors, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "EURO AUTOMATIC CASH" għal prodotti u servizzi kklassifikati fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 - applikazzjoni Nru 4 114 864

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade mark mitluba mhijiex deskrittiva u għandha l-karattru distintiv rikjest.

____________