Language of document : ECLI:EU:C:2016:151





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-267/14 P) (1)

“Appell – Kompetizzjoni – Suq tas-‘siment u prodotti relatati’ – Proċedura amministrattiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 18(1) u (3) – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Motivazzjoni – Preċiżjoni tat-talba”

1.                     Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Ammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 16)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 17)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 18, 20-22, 25, 38-40)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni (T-297/11, EU:T:2014:122), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni C(2011) 2356 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Marzu 2011, fi proċeduri skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Buzzi Unicem SpA kemm fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawża T-297/11 kif ukoll fir-rigward tal-appell.


1 –      ĠU C 282, 25.8.2014.