Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – KODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċizjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Koda (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment K. Dyekjær u J. Borum, sussegwentement J. Borum u C. Karhula Lauridsen, u fl-aħħar J. Borum u G. Holtsø, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u N. Rasmussen, sussegwentement F. Castillo de la Torre u U. Nielsen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Uusitalo u L. Rechardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Koda.L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, inkwantu jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Koda.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minn naħa, l-ispejjeż tagħha u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-intervent.L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Koda u marbuta mal-intervent.Koda u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.