Language of document : ECLI:EU:T:2013:183





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 — Koda vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑425/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehimiet bilaterali bejn is-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza”

1.                     Rikors għal annullament — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti għall-ġurisdizzjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 67)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 71)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 85, 131)

4.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur iżda li ma timponix multa — Applikabbiltà (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) UE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 86‑90)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi bbażati biss fuq l-imġiba tal-impriżi — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur — Obbligi tal-Kummissjoni li jikkontestaw il-plawżibbiltà tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-impriżi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 91‑95, 101, 154)

6.                     Akkordji — Projbizzjoni — Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mit-tmiem formali tagħhom — Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 117)

7.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Aġir parallel — Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ ftehim — Limiti — Rifjut, mis-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jħallu utent stabbilit fi Stat Membru ieħor jaċċedi direttament għar-repertorju tagħhom — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 130)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Koda.

2)

L-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, inkwantu jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Koda.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minn naħa, l-ispejjeż tagħha u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-intervent.

5)

L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Koda u marbuta mal-intervent.

6)

Koda u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.