Language of document : ECLI:EU:T:2008:551





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Diċembru 2008 – KODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li torda l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-25)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Oneru tal-prova – Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 39, 40, 55-58, 64)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.