Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Diċembru 2008 - KODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li torda l-waqfien ta' prattika miftiehma fir-rigward ta' amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: KODA (Kopenħagen, Id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær u J. Borum, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C (2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 - CISAC).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________