Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2011 - Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta' opportunità - Assenza ta' dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Resources International (Luxembourg) SA (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u D. Calciu, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta' Lulju 2011, li, minn naħa, tiċħad l-offerti ppreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta' servizzi informatiċi ta' żvilupp u manutenzjoni ta' softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta' applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66-106099), u, min-naħa l-oħra, tinforma lir-rikorrenti li l-kuntratt-qafas relattiv għall-kuntratt inkwistjoni ingħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________