Language of document : ECLI:EU:T:2018:781


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 – Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża T239/11)

“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Selettività – Sistema ta’ riferiment – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eżami fil-mertu qabel eżami tal-ammissibbiltà – Ammissibbiltà

(ara l-punti 26, 27)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Kriterji – Eżistenza ta’ rabta bejn l-għan tal-miżura inkwistjoni u dak tal-qafas ta’ referenza – Natura komparabbli tas-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura inkwistjoni u dawk li jaqgħu taħt il-qafas ta’ referenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 47, 48, 82 sa 93)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Miżura ta’ natura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha – Miżura mhux applikabbli għal operazzjonijiet komparabbli ma’ dawk li jikkundizzjonaw l-għoti tagħha – Miżura li tista’ tiġi kklassifikata bħala selettiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 69)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Miżura li tikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza tagħha stess – Kundizzjonijiet – Sistema fiskali kjarament iddelimitata, li tfittex għanijiet speċifiċi – Assenza – Natura sistematika u ġenerali tal-miżura

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 113 sa 117)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Differenzazzjoni bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Paragun fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema fiskali komuni kollha kemm hi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 128 sa 134)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Miżura li tipprevedi t-twettiq ta’ għan li jaqa’ taħt il-mekkaniżmi inerenti għas-sistema fiskali ġenerali – Natura xierqa

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999)

(ara l-punti 135 sa 145, 157, 165, 166)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sigma Alimentos Exterior, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.