Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Marzu 2013 - Inglewood etvs Il-Parlament Ewropew

(Kawżi magħquda T-229/11 u T-276/11) 

("Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew - Skema ta' pensjoni addizzjonali - Deċiżjonijiet li jiċħdu talbiet intiżi għall-ibbenefikar mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ qabel l-emenda tal-iskema ta' pensjoni addizzjonali fl-2009 - Eċċezzjoni ta' illegalità - Drittijiet miksuba - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lord Inglewood (Penrith, ir-Renju Unit) u l-għaxar rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness għas-sentenza (Kawża T-229/11); kif ukoll Marie-Arlette Carlotti (Marseille, Franza) (Kawża T-276/11) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, M. Windisch u K. Pocheć, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja tagħhom jew b'mod antiċipat, jew fl-età ta' 60 sena, jew parzjalment fil-forma ta' somma f'daqqa

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Lord Inglewood u l-għaxar rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness kif ukoll Marie-Arlette Carlotti huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.