Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 – Lomnici vs Il-Parlament

(Kawża T-650/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici Jr., avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tas-17 ta’ Ottubru 2013 dwar il-Petizzjoni Nru 1298/2012.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u l-ksur tad-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni għal smigħ xieraq. F’dan ir-rigward huwa jindika, fost ilmenti oħra, li l-petizzjoni tiegħu ngħalqet mingħjar motivazzjoni, li ma ġiex mistieden jattendi għal-laqgħa u li d-deċiżjoni ma ntbagħtitlux.