Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad)

(Kawża T-654/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gako Konietzko GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2232/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ kontenitur ċilindriku aħma u abjad bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Gako Konietzko GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 39, 8.2.2014.