Language of document : ECLI:EU:T:2011:719

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

7 ta’ Diċembru 2011

Kawża T‑274/11 P

VE

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal kuntrattwali — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal — Kunċett ta’ residenza abitwali — Żnaturament tal-fatti — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011, VE vs Il-Kummissjoni (F‑28/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. VE huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

2.      Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ motivazzjoni impliċita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u Anness I, Artikolu 7(1))

1        Il-qorti tal-ewwel istanza hija l-unika li għandha kompetenza sabiex, minn naħa, tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ fejn ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha tirriżulta mill-atti tal-proċess li tressqu quddiemha, u min-naħa l-oħra, sabiex tevalwa dawn il-fatti. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-fatti mill-qorti tal-ewwel istanza ma tikkostitwixxix, bl-eċċezzjoni tal-każ tal-iżnaturament tal-provi li jitressqu quddiem din il-qorti, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali. Tali żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi.

(ara l-punt 18)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 8 ta’ settembru 2008, Kerstens vs Il-Kummissjoni, T‑222/07 P, ĠabraSP p. I‑B-1-37 u II-B-1-267, punti 60 sa 62, u l-ġurisprudenza ċċitata

2        L-obbligu li s-sentenzi jiġu mmotivati, impost fuq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-imsemmi statut, ma jimponix fuq dan it-tribunal li dan jipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u punt b’punt ir-raġunament kollu li sar mill-partijiet fil-kawża. Il-motivazzjoni tista’ għaldaqstant tkun impliċita bil-kundizzjoni li hija tippermetti lil dawk ikkonċernati jsiru jafu r-raġunijiet għalfejn ittieħdu l-miżuri inkwistjoni u lill-Qorti Ġenerali li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha.

(ara l-punt 34)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 2 ta’ Lulju 2010, Lafili vs Il-Kummissjoni, T‑485/08 P, punt 72, u l-ġurisprudenza ċċitata