Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2011 - Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

(Kawża T-415/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 1524/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Nutriskin Protection Complex" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 - Applikazzjoni Nru 8 995 086

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja "Nutriskin Protection Complex" fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 3 u 5 la hija deskrittiva u lanqas ma hija nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv, u dan sa fejn, minn naħa, l-element "Nutriskin", minħabba l-kombinazzjoni anormali tiegħu, ma jevokax kunċett li joħloq immedjatament impressjoni deskrittiva u sa fejn, min-naħa l-oħra, il-konvenut sempliċement ikkonstata l-allegat nuqqas ta' karattru distintiv fuq il-bażi tat-tifsira deskrittiva tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

____________