Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 – Nutrichem Diät + Pharma vs UASI – Gervais Danone (Active)

(Kawża T-414/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment K. Klüpfel, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie Gervais Danone (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2011 (Każ R 683/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nutrichem Diät + Pharma GmbH u Gervais Danone.Dispożittiv1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.2)    Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.