Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 – Hermann Trollius vs ECHA

(Kawża T-466/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Trollius GmbH (Lauterhofen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u J. Schrotz, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA Nru SME (2013) 0191, tal-31 ta’ Jannar 2013, kif ukoll il-fattura tal-ECHA Nru 10035033, tal-4 ta’ Frar 2013; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha inkużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma kellhiex il-kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata SME (2013) 0191, għaliex la r-Regolament (KE) 1907/2006 1 u lanqas ir-Regolament (KE) 340/2008 2 ma jintitola lill-konvenuta sabiex tagħti deċiżjoni separata fir-rigward ta’ jekk reġistrant jikkonformax mal-kriterji tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 104(1) tar-Regolament Reach b’rabta mar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 3 .

Ir-rikorrenti ssostni li fil-komunikazzjoni kollha tagħha mar-rikorrenti, il-konvenuta injorat l-obbligu tagħha li tindirizza persuna suġġetta għas-sovranità ta’ Stat Membru bil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat, u li dan il-ksur ta’ liġi pprekluda lir-rikorrenti milli tissodisfa r-rekwiżiti mitluba minnha fir-rigward tal-għoti ta’ prova tal-istatus tagħha bħala impriża żgħira.It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti, fil-fatt, hija impriża żgħira skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE  , u għaldaqstant id-deċiżjonijiet huma żbaljati fir-rigward tal-mertu.

____________

____________

1 Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (Regolament Reach) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16

ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzj