Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Forma ta’ scooter)
(Kawża T-19/22) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ scooter – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001)”]
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno, D. Gája u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Zhongneng Industry Group Co. Ltd (Taizhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Spolidoro, M. Gurrado, L. Mendola u M. Balestriero, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha li huwa bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 359/2021-5).
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 359/2021-5) hija annullata.
L-EUIPO u Zhejiang Zhongneng Industry Group Co. Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Piaggio & C. SpA.
____________
1 ĠU C 95, 28.2.2022.