Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 - Torres/ UASI vs Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés (TORRE DE BENÍTEZ)

(Kawża T-16/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TORRE DE BENÍTEZ - Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti li jevokaw numru ta' torrijiet - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miguel Torres (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Sociedad Cooperative del Campo San Ginés (Cuenca, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Novembru 2006 (Każ R 36/2006-2) dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007.