Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 – Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI – Tiertafel Deutschland (Tafel)

(Kawża T-710/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1074/2012-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Tafel” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 45 – Trade mark Komunitarja Nru 8 985 541

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tiertafel Deutschland e.V.

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u mala fide tar-rikorrenti skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.