Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2023 – UF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummssjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2022 li tkeċċi lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent somma fissa ex aequo et bono għad-dannu morali kkawżat kif ukoll għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tiegħu tad-difiża, tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(c) tal-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

____________