Language of document : ECLI:EU:T:2012:317





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 taʼ Ġunju 2012 — Hamas vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑531/11)

“Rikors għal annullament — Miżuri restrittivi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Lis alibi pendens”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjoni taʼ lis alibi pendens — Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ kawżi — Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fit-tieni lok (ara l-punt 15)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Talbiet tar-rikors — Aġġustament fil-mori tal-kawża — Xebh mal-preżentata ta’ kawża permezz ta’ rikors (ara l-punt 16)

Suġġett

Inizjalment, rikors għal annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 188, p. 47), sa fejn isem l-organizzazzjoni rikorrenti inżamm fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi previst fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Hamas għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.