Language of document : ECLI:EU:T:2010:464





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2010 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/08)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fis-settur tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati – Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella – Sistema ta’ primjums għat-tabakk”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70) (ara l-punti 17, 39)

2.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Rifjut li jiġi kopert infiq irregolari - Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70) (ara l-punti 43-47)

3.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet - Suġġett - Korrezzjoni finanzjarja li ma hijiex sanzjoni (ara l-punt 48)

4.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Rifjut li jiġi kopert infiq marbut ma’ prattiki inkompatibbli mad-dritt Komunitarju - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 2 u 3) (ara l-punt 49)

5.                     Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post (ara l-punt 77)

6.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 114)

7.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Tabakk mhux ipproċessat - Sistema ta’ kwoti ta’ produzzjoni individwali stabbilita bir-Regolament Nru 2075/92 (Regolament tal-Kunsill Nru 2075/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1636/98, Artikolu 9; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2848/98, Artikoli 9 u 22) (ara l-punti 116-119)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 18, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tat-tabakk mhux ipproċessat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.