Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - KUKA Roboter vs UASI (Grad tal-lewn oranġjo)

(Kawża T-97/08)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi grad tal lewn oranġjo - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KUKA Roboter GmbH (Augsbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kohn u B. Hannemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-14 ta' Diċembru 2007 (Każ R 1572/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta' grad tal-lewn oranġjo.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

KUKA Roboter GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 107, 26.04.2008.