Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Novembru 2010 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/08) 1

"FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Skema ta' għajnuna għall-produzzjoni fis-settur tal-prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati - Miżuri eċċezzjonali ta' sostenn fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Sistema ta' primjums għat-tabakk"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello u G. Palmieri, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti, assistiti minn F. Ruggeri Laderchi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 18, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tat-tabakk mhux maħdum.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 92, 12.4.2008.