Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2013 - Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill

(Kawża T-10/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank of Industry and Mine (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Glaser u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nruº2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn din emendat l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nruº2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn din niżżlet lill-kumpannija BIM fil-lista tal-entitajiet suġġetti tal-miżuri ta' iffriżar ta' fondi msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK;

tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn dan niżżel lill-kumpannija BIM fil-lista tal-entitajiet suġġetti tal-miżuri ta' iffriżar ta' fondi msemmija fl-Anness IX tar-Regolament Nruº267/2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tal-BIM, ir-Regolament Nru 267/2012, id-Deċiżjoni Nru 2010/413/PESK hekk kif emendata mid-Deċiżjonijiet 2012/35/PESK u 2012/635/PESK fid-dispożizzjonijiet tagħhom li jintroduċu u mbagħad jemendaw l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li jsemmu lir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II;

u, sussidjarjament fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni Nru 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, sa fejn hija emendat l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK ma jkunx annullat, tiddikjaraha inapplikabbli fir-rigward tal-BIM;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi li huma essenzjalment identiċi għal jew jixbhu lil dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-9/13, National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill.

____________