Language of document : ECLI:EU:T:2014:221





Ordni tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 – ADEAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑7/13)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Assoċjazzjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza (Regoli tal-Pro1edura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114(1) u (3)) (ara l-punt 18)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolamentarju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna individwali kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Esklużjoni (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263, TFUE) (ara l-punti 28, 29)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263, TFUE) (ara l-punt 32)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Rikors fil-kawża prinċipali manifestament inammissibbli – Digriet ta’ inammissibbiltà ddikjarat qabel id-deċiżjoni dwar it-talba għal intervent – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 111, 114 u 116(3)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.

3)

L-Association pour la défense de l’épargne et de l’actionnariat des salariés de France Télécom-Orange (ADEAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.