Language of document : ECLI:EU:T:2011:694





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 - Saupiquet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/10)

“Dazju doganali – Rimbors tad-dazju fuq l-importazzjoni – Tonn ippreżervat li joriġina mit-Tajlandja – Kwota tariffarja – Data ta’ ftuħ – Il-Ħadd – Eżawriment tal-kwota – Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Regolament (KE) Nru 975/2003”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Destinazzjonijiet doganali - Ċirkulazzjoni libera - Amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji - Kwota tariffarja miftuħa f’Ħadd, jum li fih l-uffiċċji doganali ta’ Stat Membru jkunu magħluqa, u eżawrita fl-istess jum - Esklużjoni, tal-kwota tariffarja eżawrita, ta’ operatur stabbilit f’dan l-Istat Membru - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 214/2007, Artikoli 308a sa 308ċ) (ara l-punti 27, 28)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Destinazzjonijiet doganali - Ċirkulazzjoni libera - Amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji - Esklużjoni ta’ importatur tal-Unjoni minn kwota tariffarja miftuħa f’Ħadd, minħabba li l-uffiċċji doganali tal-Isat Membru ta’ dan l-importatur ikunu magħluqa nhar ta’ Ħadd - Ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-kwota tariffarja - Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikoli 247 u 247a, u Nru 975/2003, Artikolu 7; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 214/2007, Artikoli 308a sa 308ċ) (ara l-punti 30-32, 35-38, 43-45)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10005 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2009, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li r-rikorrenti tingħata rimbors għad-dazju fuq l-importazzjoni għat-tonn ippreżervat li joriġina mit-Tajlandja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Saupiquet hija kkundannata għall-ispejjeż.