Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' April 2008 - Boudova et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Membri tal-persunal awżiljarju maħtura bħala uffiċjali - Kompetizzjonijiet ippubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà tar-rikors)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stanislava Boudova et (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. A. Lucas, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrenti, li kienu membri tal-persunal awżiljarju u li ġew maħtura bħala uffiċjali wara li għaddew mill-kompetizzjoni ġenerali għall-gradi B5/B4 - Talba għal danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 247, 20.10.2007, p. 42.