Language of document : ECLI:EU:C:2018:310

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

BOBEK

ippreżentati fit-8 ta’ Mejju 2018 (1)

Kawża C-304/17

Helga Löber

vs

Barclays Bank Plc

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija))

“Talba għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Materji ta’ tort, delitt jew kważi delitt - Investiment ibbażat fuq prospett difettuż - Post fejn seħħ il-fatt dannuż - Rilevanza tal-kont bankarju”






I.      Introduzzjoni

1.        Helga Löber investit f’ċertifikati f’forma ta’ obbligazzjoni lill-portatur [bearer bonds] maħruġa minn Barclays Bank Plc. Sabiex takkwista dawn iċ-ċertifikati, l-ammonti korrispondenti ġew ittrasferiti mill-kont bankarju kurrenti (personali) li jinsab fi Vjenna, l-Awstrija, għal żewġ kontijiet ta’ titoli miftuħa f’Graz u Salzburg. Imbagħad kien sar ħlas minn dawk il-kontijiet ta’ titoli miftuħa għaċ-ċertifikati inkwistjoni.

2.        Sussegwentement, iċ-ċertifikati tilfu l-valur tagħhom. H. Löber qieset li d-deċiżjoni tagħha fuq l-investiment kienet ġiet skattata minn prospett difettuż (fis-sens ta’ qarrieqi) li nħareġ fir-rigward taċ-ċertifikati. Hi ressqet talba kontra Barclays Bank Plc għal ħlas ta’ EUR 34 459.06 flimkien mal-imgħax u l-ispejjeż. Fil-fehma tagħha, dan l-ammont jikkorrispondi għad-dannu kkawżat lilha minn rappreżentazzjoni ħażina mwettqa minn Barclays Bank Plc permezz tal-ħruġ ta’ prospett difettuż.

3.        Hija ressqet it-talba tagħha quddiem qorti fi Vjenna, il-post tad-domiċilju tagħha. Dan huwa wkoll fejn jinsab il-kont bankarju kurrenti tagħha, li minnu għamlet l-ewwel trasferiment sabiex tagħmel investiment. Madankollu, il-qrati tal-ewwel u t-tieni stanza ddeċidew li ma kellhomx ġurisdizzjoni biex jisimgħu l-każ tagħha. Il-kawża issa tinsab pendenti quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija). Essenzjalment, din il-qorti qed tistaqsi liema mill-kontijiet tal-bank użati, jekk hemm, huwa rilevanti biex jiddetermina liema qorti għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ t-talba inkwistjoni.

II.    Qafas Legali

4.        Peress li l-kawża prinċipali bdiet fis-16 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 (2) jibqa’ applikabbli ratione temporis (3).

5.        Il-premessi 11 u 12 tar-Regolament Nru 44/2001 jgħidu li:

“(11)      Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti.

(12)      B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja”.

6.        L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi li “[b]la preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mħarrka fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru”.

7.        Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, “persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitħarrku biss fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor bis-saħħa tar-regoli preskritti fit-taqsimiet 2 sa 7 […] tal-Kapitolu [II]”.

8.        Skont l-Artikolu 5(3), li huwa parti mis-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II, “persuna domiċiljata fi Stat Membru tista, fi Stat Membru ieħor, tiġi mħarrka: […] materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-dannu jkun twettaq jew jista’ jitwettaq […]”.

III. Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari

9.        Barclays Bank Plc (iktar ’il quddiem “il-Konvenut”) għandu s-sede tiegħu f’Londra, ir-Renju Unit u fergħa fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Il-Konvenut ħarġet “Ċertifikati tal-Indiċi tal-EUR X1 Globali” fil-forma ta’ obbligazzjoni lill-portatur [bearer bonds] (iktar ’il quddiem “iċ-ċertifikati”), li għalihom investew investituri istituzzjonali. Dawn l-investituri istituzzjonali mbagħad biegħu ċ-ċertifikati fis-swieq sekondarji lill-konsumaturi li jinsabu fl-Awstrija, fost oħrajn.

10.      Il-valur taċ-ċertifikati (u għalhekk l-ammont ripagabbli) kien irregolat minn indiċi magħmul minn portafoll ta’ bosta fondi mmirati. Dan il-portafoll ġie stabbilit u ġestit mill-kumpannija X1 Fund Allocation GmbH, stabbilit fil-Ġermanja.

11.      Iċ-ċertifikati nħarġu fuq il-bażi ta’ prospett bażi (Ġermaniż) datat 22 ta’ Settembru 2005 u fuq skeda ta’ kundizzjonijiet datata 20 ta’ Diċembru 2005. Il-prospett bażi ġie notifikat lill-awtrorità nazzjonali kompetenti, l-Österreichische Kontrollbank AG.

12.      L-offerta pubblika biex tissottoskrivi damet mill-20 ta’ Diċembru 2005 sal-24 ta’ Frar 2006. Iċ-ċertifikati nħarġu fil-31 ta’ Marzu 2006. Kumpannija stabbilita fi Frankfurt am Main kienet inkarigata, bħala clearing house, bl-amministrazzjoni tax-xiri.

13.      Sabiex twettaq l-investiment, Helga Löber, iddomiċiljata fi Vjenna (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”) ittrasferiet l-ammonti korrispondenti mill-kont bankarju kurrenti tagħha (personali) li jinsab fi Vjenna għal żewġ kontijiet bankarji miżmuma ma’ żewġ banek Awstrijaċi differenti li jinsabu rispettivament f’Salzburg u Graz (iktar ’il quddiem “kontijiet għall-ikklerjar”). Permezz ta’ dawn il-kontijiet għall-ikklerjar, hija mbagħad investiet EUR 28 648.43 fiċ-ċertifikati (f’żewġ partijiet: fit-8 ta’ Novembru 2006 u fl-4 ta’ Awwissu 2007).

14.      Il-qorti tar-rinviju ddikjarat li l-fondi investiti intilfu minħabba l-azzjonijiet tal-maniġer kummerċjali u l-konsulent tal-fondi tal-X1 Fond Allocation (iktar ’il quddiem “l-X1 Fund Allocation Manager”).

15.      Ir-rikorrenti ressqet rikors kontra l-Konvenut, fejn talbet ħlas ta’ EUR 34 459.06 flimkien mal-imgħax u l-ispejjeż għat-trasferiment tal-ishma tagħħa fiċ-ċertifikati. Ir-rikorrenti l-ewwel ibbażat it-talba tagħħa għall-ħlas fuq bażi kuntrattwali, u t-tieni fuq ir-responsabbiltà tal-prospett. Fir-rigward tal-aħħar raġuni, hija sostniet li l-konvenut naqas milli jsemmi r-riskji u l-informazzjoni rilevanti dwar l-istruttura tal-investiment kif ukoll il-fondi ġestiti mill-X1 Fund Allocation Manager. Hija sostniet ukoll li d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-prospett kienu qarrieqa ħafna.

16.      Rigward il-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-pretensjoni tar-responsabbiltà tal-prospett, ir-rikorrenti ibbażat ruħha fuq l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001.

17.      Il-konvenut ikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi u ddikjara li r-rikors għandu jiġi miċħud.

18.      Permezz tad-digriet tat-18 ta’ Lulju 2016, l-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali, Vjenna, l-Awstrija), li tiddeċiedi fl-ewwel istanza, ċaħdet il-ġurisdizzjoni internazzjonali. Hija ddeċidiet li ir-rikorrenti ma setgħetx tibbaża l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita rigward it-talba kuntrattwali la fuq l-Artikolu 15(1) u lanqas fuq l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001. It-talbiet f’responsabbiltà għal danni jew delitt li inkludew pretensjonijiet ta’ responsabbiltà tal-prospett issodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001. Madankollu, ir-rikorrenti ma sostnietx li t-telf kien seħħ fil-kont bankarju tagħha li kien jinsab fi Vjenna direttament. Pjuttost hi kisbet iċ-ċertifikati tagħha permezz tal-kontijiet għall-ikklerjar. It-telf kien għalhekk seħħ fi Graz u f’Salzburg.

19.      Fid-deċiżjoni tal-appell, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri, Vjenna) ikkonfermat din id-deċiżjoni permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Diċembru 2016. Dwar it-talba kuntrattwali, hija ddeċidiet li l-post ta’ prestazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 kien Frankfurt am Main. Għalhekk, il-qrati Awstrijaċi ma kellhomx ġurisdizzjoni internazzjonali taħt dik l-intestatura. Fir-rigward tat-talba għar-responsabbiltà tal-prospett, ir-rikorrenti ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 minħabba li din it-talba għal responsabbiltà għal danni jew delitt kienet marbuta mill-qrib mat-talba kuntrattwali.

20.      Tressaq appell fuq punt ta’ liġi quddiem il-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), il-qorti tar-rinviju. Din iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel il-mistoqsijiet li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“Skont l-Artikolu 5(3) tar-[Regolament Nru 44/2001], għal talbiet mhux kuntrattwali fuq il-bażi tar-responsabbiltà li tirriżulta mill-prospectus fejn:

–      l-investitur ħa fil-post ta’ domiċilju tiegħu d-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu pprovokata mill-prospectus difettuż, u li

–      fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, huwa ttrasferixxa l-prezz tax-xiri tat-titolu trasferibbli miksub fis-suq sekondarju mill-kont tiegħu miżmum minn bank Awstrijak lejn kont għall-ikklerjar miżmum minn bank Awstrijak ieħor, minn fejn l-imsemmi prezz tax-xiri ġie sussegwentement ittrasferit lill-bejjiegħ għan-nom tar-rikorrent,

(a)      il-ġurisdizzjoni tinsab fil-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-investitur huwa domiċiljat,

(b)      il-ġurisdizzjoni tinsab fil-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede jew il-fergħa taż-żamma tal-kontijiet tal-bank li miegħu ir-rikorrent għandu l-kont bankarju tiegħu minn fejn ittrasferixxa l-ammont investit fil-kont tal-ikklerjar,

(c)      il-ġurisdizzjoni tinsab fil-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede/il-fergħa taż-żamma tal-kontijiet tal-bank li żżomm il-kont għall-ikklerjar,

(d)      il-ġurisdizzjoni taqa’ f’waħda minn dawk il-qrati fuq għażla ta’ ir-rikorrent,

(e)      il-ġurisdizzjoni ma taqa’ fl-ebda waħda minn dawn il-qrati?”

21.      Ġew ippreżentati sottomissjonijiet bil-miktub mir-rikorrent, mill-konvenut, mill-Gvern Grieg, u mill-Kummissjoni Ewropea.

IV.    Evalwazzjoni

22.      Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej. L-ewwel se nagħmel ftit rimarki introduttorji dwar in-natura tat-talba inkwistjoni (A). Imbagħad se nippreżenta l-ġurisprudenza rilevanti li fiha tqies il-post tal-assi tar-rikorrent jew tal-kont bankarju għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni relatata ma’ delitt/responsabbiltà għal dani (B). Fl-aħħar nett, se nissuġġerixxi kriterji għal evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ preżenti, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu t-tip speċifiku ta’ responsabbiltà għal dani allegat (C).

A.      Kuntratt jew responsabbiltà għal danni?

23.      Il-qorti tar-rinviju tirrileva li għandu jiġi preżunt li l-allegata responsabbiltà tal-prospett tal- konvenut ma taqax taħt “kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt”. Hija tikkunsidra li t-talba inkwistjoni hija waħda ta’ responsabbiltà għal tort u li għalhekk l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa d-dispożizzjoni rilevanti.

24.      Il-Kummissjoni taqbel ma’ din l-evalwazzjoni.

25.      Għandu jiġi mfakkar li klassifikazzjoni bħal din hija dik li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel ibbażata fuq iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ. Dan isegwi wkoll mis-sentenza Kolassa, (4) li fiha din il-Qorti tal-Ġustizzja qieset kapijiet ta’ ġurisdizzjoni differenti għal talba li tirriżulta mir-responsabbiltà tal-prospett f’kuntest li kien fattwalment simili għal dan il-każ.

26.      L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li s-Sur Kolassa, bħala rikorrent, ma setax jibda l-azzjoni tiegħu fil-post tad-domiċilju tiegħu billi bbaża ruħu fuq l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001. Dan minħabba li t-talba tiegħu ma setgħetx titqies li kienet tikkonċerna kuntratt konkluż minn konsumatur fit-tifsira tal-Artikolu 15(1) ta’ dak ir-regolament. Ma kien hemm l-ebda kuntratt bejnu u l-bank konvenut - li ħareġ il-prospett (5).

27.      Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet l-applikabbiltà tal-kap ta’ ġurisdizzjoni għal kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt minħabba li deher li ma kienx hemm obbligu assunt b’mod liberu mill-konvenut lejn ir-rikorrent (6).

28.      It-tielet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li t-talba inkwistjoni dwar ir-responsabbiltà ta’ min joħroġ iċ-ċertifikat fuq il-bażi tal-prospett kellha titqies bħala responsabbilità għal danni “sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx ibbażata fuq kwistjoni relatata ma’ kuntratt” (7).

29.      Nifhem mid-digriet tar-rinviju li l-qorti tar-rinviju diġà għamlet din il-verifika u kkonkludiet, abbażi tal-fatti ta’ dan il-każ, li t-talba mressqa milir-rikorrenti m’għandha l-ebda bażi kuntrattwali u għandha titqies bħala responsabbilità għal danni. Għalhekk, se nipproċedi fuq din il-bażi.

B.      Il-ġurisprudenza rilevanti

30.      Meta interpretat l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (8) li jikkorrispondi għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li t-terminu “post fejn seħħ l-avveniment dannuż” kellu jinftiehem kemm bħala l-post fejn seħħ id-dannu (il-konsegwenza) kif ukoll il-post tal-avveniment li wassal għalih (kawża) (9).

31.      Il-Qorti tal-Ġustizzja elaborat iktar dwar dawn it-termini f’ġurisprudenza sussegwenti f’kuntesti ta’ fatt differenti.

32.      Fil-kawża Dumez France u Tacoba, (10) żewġ kumpaniji Franċiżi fittxew kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba l-insolvenza ta’ kumpaniji sussidjarji stabbiliti fil-Ġermanja. Dik l-insolvenza kienet ikkawżata mill-kanċellazzjoni ta’ self li jiffinanzja proġett ta’ żvilupp, u dan wassal għat-twaqqif tal-proġett. Il-kumpaniji ddikjaraw li, bħala vittmi li ġarrbu danni b’konsegwenza ta’ dak imġarrab mill-vittma inizjali, il-post tad-dannu kien il-post fejn l-interessi tagħhom ġew affettwati ħażin - il-post fejn huma rreġistrati l-uffiċċji tagħhom.

33.      Il-Qorti tal-Ġustizzja ma’ qablitx. Hija ppreċiżat li t-terminu “post fejn seħħ id-dannu’ jista’ jinftiehem biss bħala li jindika l-post fejn l-avveniment li wassal għad-dannu, u li kien jinvolvi responsabbiltà għal danni jew kważi delittwali, ipproduċa direttament l-effetti negattivi tiegħu fuq il-persuna li huwa l-vittma immedjata ta’ dak l-avveniment” (11). Għalhekk, il-dannu diretta kienet ikkawżata fil-Ġermanja lis-sussidjarji Ġermaniżi tar-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, il-“post fejn seħħ id-dannu” ma jistax jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-post fejn il-vittmi indiretti tal-dannu sofrew riperkussjonijiet fuq l-assi tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi minħabba responsabbiltà għad-danni għaliex id-dannu allegat mill-kumpaniji kien biss indirett, filwaqt li l-konsegwenzi diretti ġew imġarrba mis-sussidjarji tagħhom fil-Ġermanja (12).

34.      Il-konklużjoni li r-riperkussjonijiet fuq l-assi tal-individwu (id-dannu) kellhom ikunu ta’ natura inizjali (jew diretti) kuntrarjament għal effetti negattivi (jew indiretti) (13) sussegwenti ġew ikkonfermati bis-sentenza Marinari (14). H. Kolassa Marinari, li kien joqgħod fl-Italja, ħarrek bank stabbilit fir-Renju Unit għal dannu allegatament ikkawżat lilu. Il-bank kien irrifjuta li jirritorna ċedoli li kien iddepożita. Il-bank issuspetta li l-oriġini ta’ dawk iċ-ċedoli kienu suspettużi u għarraf lill-pulizija li arrestat lH. Kolassa Marinari. Meta ġie rrilaxxat, H. Kolassa Marinari invoka l-qrati tad-domiċilju tiegħu.

35.      Il-Qorti ma qablitx li l-ġurisdizzjoni setgħet tiġi attribwita lill-qrati Taljani meta ddikjarat li t-terminu “post fejn seħħ l-avveniment dannuż” ma jistax jiġi interpretat b’mod tant estensiv li jinkludi kwalunkwe post fejn jistgħu jinħassu l-konsegwenzi negattivi ta’ avveniment li diġà kkawża dannu li attwalment iseħħ f’xi post ieħor u “ma jkoprix il-post fejn il-vittma tallega li sofriet dannu finanzjarju wara d-dannu inizjali li rriżulta u li ġġarrab minnha f’xi [Stat Membru] ieħor” (15).

36.      Dak l-approċċ kien ikkonfermat għal darb’oħra bis-sentenza Kronhofer (16). F’dak il-każ, ir-rikorrent domiċiljat fl-Awstrija ġie konvint (bit-telefon) mill-konvenuti, domiċiljati fil-Ġermanja, biex jidħol f’kuntratt ta’ għażla ta’ sejħa relatata ma’ ishma. H. Kolassa Kronhofer ittrasferixxa l-ammont rikjest f’kont ta’ investiment fil-Ġermanja li mbagħad intuża għall-investiment inkwistjoni. Wara li tilef parti mis-somma investita, huwa ħarrek lill-konvenuti fl-Awstrija.

37.      Il-Qorti ċaħdet il-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi. Hija nnotat li l-post fejn seħħ id-dannu u l-post ta l-avveniment li wassal għalih kienu t-tnejn fil-Ġermanja. Hija ddikjarat li l-espressjoni “post ta’ fejn seħħ l-avveniment dannuż” ma tirreferix għall-post fejn ir-rikorrent huwa domiċiljat jew fejn “l-assi tiegħu huma kkonċentrati” għar-raġuni biss tal-fatt li sofra danni finanzjarji li jirriżultaw mit-telf. ta’ parti mill-assi tiegħu li nħolqu u saru fi Stat Kontraenti ieħor” (17). Biex tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi f’dan il-każ “ifisser li l-għażla tal-qorti tiddependi fuq kwistjonijiet li kienu inċerti, bħall-post fejn “l-assi tal-vittma huma kkonċentrati” u għalhekk imur kontra it-tisħiħ tal-protezzjoni legali ta’ persuni stabbiliti fil-Komunità li, jippermettu lir-rikorrent jidentifika faċilment il-qorti fejn jista’ jħarrek u lill-konvenut raġonevolment jipprevedi f’liema qorti jista’ jiġi mħarrek, huwa wieħed mill-għanijiet tal-Konvenzjoni […]” (18). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, hija tagħti wkoll ġurisdizzjoni lill-qrati tal-post tad-domiċilju tar-rikorrent (19).

38.      Fis-sentenza fil-kawża CDC Hydrogen Peroxide, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, meta interpretat il-kunċett ta’ “post fejn seħħ id-dannu” fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, li telf minħabba spejjeż addizzjonali mġarrba minn vittma minħabba prezzijiet artifiċjalment għoljin ikkawżati minn kartell iseħħ, b’mod ġenerali, fl-uffiċċju rreġistrat ta’ dik il-vittma (20). Kif osservajt x’imkien ieħor, din il-konklużjoni ma toqgħodx tajjeb mal-każijiet imsemmija hawn fuq fejn il-Qorti tal-Ġustizzja evitat li tagħti ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament Nru 44/2001 lill-qrati tad-domiċilju tar-rikorrenti (21). Tabilħaqq, il-Qorti ripetutament iddikjarat li dan imur kontra r-regola ġenerali ta’ dik il-qorti hija bbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u li l-Artikolu 5(3) ma joffri l-ebda raġuni għal din it-treġġiegħ lura. Dan minħabba li r-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali fl-Artikolu 5(3) ma ssegwix l-għan li tipproteġi l-parti dgħajfa imma dik ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja (22). Għalhekk hija bbażata fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn it-tilwima u l-qrati tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ id-dannu (23).

39.      Fis-sentenza Kolassa, (24) il-Qorti tal-Ġustizzja tat ġurisdizzjoni lill-qrati tal-post fejn għandu l-kont bankarju, li fih l-investitur sofra dannu finanzjarju. B’mod simili għall-każ preżenti, H. Kolassa Kolassa investa f’ċertifikati maħruġa mill-konvenut f’dik il-kawża (ukoll il-konvenut f’dan il-każ). Wara li ċ-ċertifikati kienu tilfu l-valur, H. Kolassa Kolassa ħarrek lill-konvenut fid-domiċilju tiegħu fi Vjenna. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk eżaminat jekk il-post tad-domiċilju tar-rikorrenti jistax ikun forum possibbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 bħala “il-post fejn seħħ it-telf”.

40.      Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li setgħet. Hija spjegat li l-qrati jistgħu jaċċertaw il-ġurisdizzjoni fuq dik il-bażi “b’mod partikolari meta dak it-telf seħħ direttament fil-kont bankarju tar-rikorrenti miżmum ma’ bank stabbilit fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ dawk il-qrati” (25). Hija żiedet ukoll li “l-emittent ta’ ċertifikat [li huwa l-konvenut] li ma jikkonformax mal-obbligi legali tiegħu fir-rigward tal-prospett għandu, meta jiddeċiedi li jinnotifika l-prospett relatat ma’ dak iċ-ċertifikat fi Stati Membri oħra, jantiċipa li, operaturi infurmati b’mod inadegwat, domiċiljati f’dawk l-Istati Membri, jistgħu jinvestu f’dak iċ-ċertifikat u jbatu minn telf” (26). Il-Qorti għalhekk enfasizzat ir-rilevanza tan-notifika tal-prospett għal Stat Membru partikolari li potenzjalment tqanqal deċiżjoni min-naħa tal-investituri kkonċernati biex jinvestu (27).

41.      Is-sentenza f’Kolassa qanqlet reazzjonijiet mħallta mill-akkademiċi. Fost il-punti ta’ kritika kien hemm il-frammentazzjoni ta’ fora li huma anqas prevedibbli għall-emittenti u żieda fl-ispejjeż tal-litigazzjoni; ir-rabta magħmula fil-paragrafu 55 tad-deċiżjoni bejn id-domiċilju tal-investitur u l-post fejn seħħ it-telf; u r-referenza, magħmula fil-paragrafu 56, tal-post tan-notifika tal-prospett, li hija nieqsa fil-motivazzjoni tal-Qorti f’dak il-każ (28).

42.      Diversi xhur wara s-sentenza f’Kolassa, il-Qorti tal-Ġustizzja tat sentenza fil-kawża Univers Music. Universal Music, (29) stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, kienet fil-proċess li takkwista ishma f’kumpanija Ċeka. Minħabba żball magħmul minn wieħed mill-avukati Ċeki meta kienu qed jiġu abbozzati d-dokumenti tat-tranżazzjoni, il-prezz tal-ishma kien ogħla minn dak previst. It-tilwima bejn Universal Music u l-bejjiegħ ġiet solvuta quddiem bord tal-arbitraġġ fir-Repubblika Ċeka. L-ammont tal-ftehim tħallas mill-kont bankarju Olandiż ta’ Universal Music. Dik il-kumpanija mbagħad fittxet lill-avukati responsabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi.

43.      Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “‘il-post fejn seħħ l-avveniment dannuż’ ma jistax jiġi interpretat bħala, fin-nuqqas ta’ fatturi oħra ta’ konnessjoni, il-post fi Stat Membru fejn seħħ id-dannu, meta dak id-dannu jikkonsisti esklussivament minn dannu finanzjarju li jimmaterjalizza direttament fil-kont bankarju tal-attur u huwa r-riżultat dirett ta’ att illegali mwettaq fi Stat Membru ieħor” (30). Filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li s-sentenza f’Kolassa kienet aċċettat li “il-post fejn seħħ l-avveniment dannuż” jista’ jkun il-post tal-kont bankarju tal-attur, spjegat li “dik il-konstatazzjoni kienet magħmula fil-kuntest speċifiku tal-każ li wassal għal dik is-sentenza, li karatteristika distintiva tiegħu kienet l-eżistenza ta’ ċirkostanzi li jikkontribwixxu biex tingħata ġurisdizzjoni lil dawk il-qrati” (31). Kif innutat hawn fuq, (32) is-sentenza f’Kolassa l-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt enfasizzat l-eżistenza ta’ notifika fi ħdan l-Istat Membru partikolari li wasslet lill-investituri fis-suq sekondarju biex jagħmlu l-investiment.

44.      Billi tiddistingwi l-Kolassa b’dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, f’konformità mas-sentenza f’Kronhofer, li d-dannu finanzjarju li jseħħ direttament fil-kont bankarju tar-rikorrenti ma jistax jitqies bħala fattur ta’ konnessjoni rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li kriterju bħal dan ma jkunx affidabbli minħabba li, f’dan il-każ, il-kumpanija li tagħmel it-talba setgħet kellha l-għażla ta’ diversi kontijiet bankarji minn fejn twettaq il-ħlas rilevanti (33).

45.      Huwa ġust li wieħed jammetti, b’mod simili għal dak li l-Kummissjoni nnotat fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, li b’mod partikolari, il-qari flimkien tas-sentenzi f’Kronhofer, f’Kolassa u f’Universal Music iħallu xi inċertezza dwar ir-regola ġurisdizzjonali li għandha tiġi applikata għal talbiet ta’ responsabbiltà prospettiva u dwar ir-rilevanza tal-dannu finanzjarja hekk kif tista’ eventwalment timmaterjalizza ruħha fil-kont tal-bank. Fit-taqsima li ġejja, ser nipproponi xi gwida f’dan ir-rigward, b’mod partikolari billi niffoka fuq in-natura eżatta tal-allegat responsabbiltà għal tort/delitt. Huwa biss meta n-natura eżatta tal-allegat responsabbiltà għal danni tiġi ċċarata li l-avvenimenti li jista’ jingħad li kkawżawha u l-konsegwenzi tagħha jsiru wkoll iktar ċari.

C.      Kriterji għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni fil-każ preżenti

46.      Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod indipendenti b’referenza għall-iskema u l-għanijiet (34) ġenerali tiegħu, u sabiex jiżgura b’mod partikolari livell għoli ta’ prevedibbiltà tar-regoli ġurisdizzjonali (35). Dawk ir-regoli huma bbażati fuq ir-regola ġenerali, stabbilita fl-Artikolu 2, li persuni domiċiljati fi Stat Membru, għandhom jiġu mħarrka fil-qrati ta’ dak l-Istat. Derogi, bħal dik fl-Artikolu 5(3) inkwistjoni fil-każ preżenti, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (36).

47.      L-Artikolu 5(3) huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ fattur ta’ rabta partikolarment viċina bejn it-tilwima u l-qrati tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ l-avveniment dannuż, li jiġġustifika l-għoti ta’ ġurisdizzjoni lil dawk il-qrati għal raġunijiet li jirrigwardaw l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-imġieba effikaċi tal-kawża. Dawn il-qrati normalment huma l-iktar xierqa biex jiddeċiedu l-każ, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-prossimità u t-teħid ta’ provi (37).

48.      B’dawn l-għanijiet f’moħħha, sabiex tiġi interpretata l-kunċett ta’ “post fejn seħħ l-avveniment dannuż” f’dan il-każ, in-natura preċiża tal-allegat responsabbiltà għal danni jew delitt għandha tiġi ċċarata l-ewwel (1). Li d-determinazzjoni hija ta’ importanza kruċjali biex jiġi aċċertat, il-post tal-avveniment li jikkawża dannu (2) u post fejn seħħet il-dannu (3).

1.      In-natura eżatta tal-allegat żball

49.      L-avvenimenti jseħħu f’katini jew qatgħet. Il-problema klassika tar-responsabbiltà għal danni, kemm fid-dimensjoni sostantiva tagħha (kif tiddeċiedi dwar il-merti ta’ talba għad-danni) kif ukoll dik proċedurali (biex tiddeċiedi dwar ġurisdizzjoni internazzjonali) hija li tindika l-avveniment waħdieni li huwa kemm meħtieġ kif ukoll determinanti fir-rigward tad-dannu li sar (38).

50.      Madankollu, f’dan il-każ, il-kompitu li jidentifika avveniment minn skeda jew katina ta’ avvenimenti li jista’ jkun rilevanti biex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni internazzjonali diġà twettaq mill-qorti nazzjonali. Il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi dwar ġurisdizzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ avveniment wieħed speċifiku: id-deċiżjoni ta’ investiment li investitur ibbaża fuq prospett potenzjalment difettuż (fis-sens ta’ qarrieqi). Fi kliem ieħor, huwa responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina li allegatament wasslet lilir-rikorrenti biex tagħmel investiment li min-naħa tiegħu wassal għal telf finanzjarju fil-kont bankarju tagħha.

51.      B’mod ġenerali, rappreżentazzjoni ħażina tista’ tinftiehem li tagħti kont falz jew qarrieqi tan-natura ta’ xi ħaġa, b’mod partikolari tal-fatti. Fil-kuntest ta’ investiment finanzjarju, dan ifisser li persuna tiġi indotta b’informazzjoni falza jew qarrieqa biex tagħmel investiment li dik il-persuna ma kinitx tagħmel kieku ingħatat informazzjoni preċiża.

52.      Għandu jiġi mfakkar li l-każ preżenti bl-ebda mod ma jippreġudika l-probabbiltà ta’ suċċess tat-talba fuq il-merti. Jikkonċerna biss l-istima tal-ġurisdizzjoni. Għalhekk, in-natura difettuża tal-prospett, l-eżistenza tad-dannu u r-rabta kawżali bejniethom, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-konvenut għan-notifika tal-prospett inkwistjoni fl-Awstrija, (39) huma kollha elementi li jiġu determinati mill-qrati nazzjonali.

53.      Id-determinazzjoni ta’ dak l-avveniment speċifiku li jkun twettaq mill-qorti nazzjonali hija kruċjali għaliex tindika b’mod ċar punt wieħed fil-katina ta’ avvenimenti u avveniment wieħed (potenzjalment ta’ dannu) li jista’ mbagħad, sabiex tiġi aċċertata l-ġurisdizzjoni internazzjonali, jindika post ieħor li mhux dawk ta’ qabel jew wara l-avveniment fl-istess każ. B’mod partikolari, għandu jiġi enfasizzat li l-allegat responsabbiltà għal danni inkwistjoni f’din il-kawża ma tikkonċernax l-allegata ġestjoni ħażina tal-fondi mill-X1 Fund Allocation Manager li huwa msemmi fid-digriet tar-rinviju (40).

54.      Wara li enfasizzajt in-natura eżatta tal-avveniment rilevanti għad-deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni internazzjonali identifikata fil-każ preżenti mill-qorti tar-rinviju, issa nirrikorri għaż-żewġ elementi li jinsabu fil-kunċett ta’ “post fejn seħħ l-avveniment dannuż”: (41) “il-post ta l-avveniment li jagħti lok għalih” u “il-post fejn seħħ id-dannu” fil-kuntest speċifiku ta’ rappreżentazzjoni ħażina allegat f’dan il-każ.

2.      Avveniment li jwassal għal dannu

55.      Bħala rimarka preliminari kuntestwali, għandu jitfakkar li t-talba inkwistjoni tirrigwarda prodott għal swieq kapitali. Il-possibbiltà għal kwalunkwe operatur tas-suq tal-kapital li joffri tali prodott f’territorju partikolari hija kondizzjonali fuq il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali (42). Dan il-fatt ifisser, f’termini prattiċi, li l-kummerċjalizzazzjoni leġittima ta’ prodott ta’ swieq kapitali partikolari fil-prinċipju tkun permessa fit-territorju ta’ Stat Membru biss wara li l-prospett relatat ikun ġie awtorizzat minn jew notifikat lill-awtorità nazzjonali kompetenti rispettiva. F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju kkonfermat li l-prospett bażi ġie nnotifikat lill-Österreichische Kontrollbank AG.

56.      Huwa f’kuntest bħal dan li tqum il-kwistjoni minn meta (jew taħt liema kundizzjonijiet) kien possibbli, skont il-liġi nazzjonali rispettiva, li investitur bħalir-rikorrenti jiġi mġiegħel joqgħod fuq informazzjoni allegatament żbaljata mogħtija mill-konvenut? X’kien l-avveniment deċiżiv li wassal għal (allegat) dannu minn żgwidament f’investiment problematiku?

57.      Hemm tliet għażliet possibbli f’dan il-kuntest.

58.      L-ewwel nett, il-mument rilevanti jista’ jitqies li jiġri meta l-informazzjoni inkwistjoni tkun aċċessibbli għall-pubbliku, u għalhekk b’mod ġenerali aċċessibbli biex potenzjalment tiżvija (kwalunkwe) investituri. F’dan il-każ, dan ifisser l-ewwel darba li l-prospett ġie rrilaxxat mill-konvenut, preżumibbilment fi kwalunkwe suq u fi kwalunkwe Stat Membru, inkluż il-prospett ippubblikat għall-investituri fis-swieq primarji.

59.      It-tieni, il-mument rilevanti jista’ jkun il-mument li minnu l-prospett jista’, b’operat tal-liġi, jibda jinfluwenza l-imġieba tal- investiment ta’ grupp rilevanti ta’ investituri. F’dan il-każ, u meta titqies is-segmentazzjoni nazzjonali tar-regolament tas-suq kapitali inkwistjoni, dan il-grupp rilevanti huwa magħmul minn investituri fis-swieq sekondarji fl-Awstrija.

60.      It-tielet, il-mument rilevanti jista’ jkun meta l-prospett inkwistjoni wassal lill-investitur individwali ikkonċernat biex ikkunsidrat, bħalir-rikorrenti, tagħmel id-deċiżjoni tal-investiment.

61.      Ma naħsibx li jkun raġonevoli li titħaddan l-ewwel għażla (l-ewwel pubblikazzjoni), sempliċement minħabba li dak il-mument huwa remot wisq minn kwalunkwe deċiżjoni li raġonevolment tittieħed minn investitur individwali li jopera f’suq sekondarju speċifiku. Bħala kwistjoni ta’ fatt, tali l-“ewwel” pubblikazzjoni x’aktarx li ma jkollhiex effett dirett fuq id-deċiżjoni meħuda mill-investitur individwali jew grupp ta’ investituri. Tali investituri individwali tas-suq sekondarju għandhom tendenza li jiġu ppreżentati b’sett differenti ta’ informazzjoni, in casu apparentement f’lingwa differenti wkoll. Bħala kwistjoni ta’ liġi, ma jkunx possibbli li dawk l-investituri jinvestu sakemm tali possibbiltà legali ma tkunx prevista fis-suq nazzjonali rispettiv. Barra minn hekk, f’termini prattiċi, li tibbaża fuq l-ewwel pubblikazzjoni magħmula lill-pubbliku inġenerali, ikun ifisser li l-ġurisdizzjoni rilevanti dejjem tkun dik tas-sede tal-emittent irrespettivament mill-ostakli legali possibbli għall-vittma tal-allegat responsabbiltà għal danni li attwalment tagħmel l-investiment ibbażat fuq l-“ewwel” rilaxx tal-prospett.

62.      Fir-rigward tat-tielet għażla deskritta hawn fuq, ma naħsibx li lanqas tipprovdi soluzzjoni raġonevoli. Tagħmel ir-regola ġurisdizzjonali tiddependi fuq ċirkustanzi individwali inċidentali u inċerti li jkunu prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti bħala kwistjoni ta’ fatt. Effettivament tfisser li qorti għandha tistrieħ biss fuq awto-dikjarazzjoni magħmula mir-rikorrent dwar il-ħin u l-post fejn huwa ħa d-deċiżjoni individwali tiegħu li jinvesti. Biex tagħti eżempju: investitur individwali tista’ tuża fuljett dwar opportunità ġdida ta’ investiment li jkun disponibbli fil-bini ta’ bank fi Vjenna, imbagħad tieħdu biex jaqrah fuq il-vjaġġ tiegħu bl-ajru lejn Dubrovnik, waqt li jikkunsidra jekk jinvestix fuq il-bażi tal-informazzjoni li fih, u finalment jiddeċiedi li jinvesti waqt li jkun qed jieħu kolazzjon fit-terazzin tal-lukanda tiegħu f’Firenze, bl-inkoraġġiment li jagħmillu ħabib fuq it-telefon li jċemplillu minn Praga.

63.      Għaldaqstant, jidhirli li l-unika għażla raġonevoli biex jiġi aċċertat oġġettivament il-post tal-avveniment ta’ dannu li jqarraq lill-investitur huwa t-tieni xenarju deskritt hawn fuq: il-mument attwali li minnu l-prospett jista’, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali, jibda jinfluwenza l-imġieba tal-investimenti tal-grupp rilevanti ta’ investituri fis-suq rilevanti kkonċernat. Il-ġurisdizzjoni kompetenti tkun imbagħad iddefinita fil-livell nazzjonali u mhux lokali. Dan minħabba li l-pubblikazzjoni ta’ prospett fir-rigward ta’ territorju nazzjonali partikolari għandha konsegwenzi simultanji għat-territorju nazzjonali kollu. Għalhekk loġikament, il-ġurisdizzjoni lokali f’dak it-territorju nazzjonali hija mbagħad kwistjoni ta’ għażla tar-rikorrenti.

64.      Mill-perspettiva tiegħi, l-element ewlieni biex prospett, li saħansitra jkollu l-potenzjal li jiżgwida liir-rikorrenti, kien innotifikat fl-Awstrija. Inkella, ma setax jiġi leglament sottoskritt fl-Awstrija minn investituri individwali (43).

65.      Fl-istess ħin u suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ladarba kien possibbli li jiġu offruti ċ-ċertifikati fis-suq sekondarju Awstrijak, dik il-possibbiltà kienet immedjatament disponibbli għat-territorju kollu tal-Awstrija. Għaldaqstant, minkejja l-fatt li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi għal ġurisdizzjoni lokali u mhux biss internazzjonali, insib li n-natura tar-responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina inkwistjoni ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ lokalità fit-territorju nazzjonali għaliex ladarba l-awtur tar-responsabbiltà għal danni jkun jista’ jinfluwenza t-territorju nazzjonali mogħti, dik l-influwenza tkopri immedjatament it-territorju kollu, irrispettivament mill-mezzi attwali użati għall-pubblikazzjoni ta’ prospett speċifiku (44).

66.      Dan huwa sempliċiment minħabba li n-natura tar-responsabbilità għal danni inkwistjoni huwa pjuttost differenti min-natura tar-responsabbiltà għal danni inkwistjoni, pereżempju, is-sentenza f’Bier (45). Dak il-każ kien jikkonċerna t-tniġġis tal-ilma kkawżat minn kumpanija li tarmi skart industrijali fi Franza u li allegatament kienet qed tikkawża dannu lil negozju ta’ ġardinaġġ tal-imxietel fil-Pajjiżi l-Baxxi. Bħala kwistjoni ta’ fatt, it-tniġġis ambjentali jaqsam il-fruntieri mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni biex iseħħ dan. B’kuntrast, jidher impossibbli li jkun hemm misrappreżentazzjoni minn emittent ta’ ċertifikati għal obbligazzjoni lill-portatur [bearer bonds] u għalhekk iwassal għal investiment li għandu jsir sakemm dawk iċ-ċertifikati jistgħu jkunu offruti f’suq nazzjonali speċifiku ibbażati fuq il-liġi nazzjonali applikabbli.

67.      Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-konklużjoni interim tiegħi hi li: għal talba li tikkonċerna responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina kkawżata mill-pubblikazzjoni ta’ prospett allegatament difettuż relatat ma’ ċertifikati għal obbligazzjoni lill-portatur [bearer bonds] li jistgħu jiġu akkwistati fuq suq sekondarju nazzjonali speċifiku u li jirriżultaw f’telf ta’ investiment, “l-avveniment li jwassal għad-dannu” jinsab u jkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru fejn dawk iċ-ċertifikati setgħu jiġu validiment sottoskritti, jiġifieri f’dan il-każ l-Awstrija.

3.      Il-post fejn seħħ id-dannu

68.      Id-dannu invokat miir-rikorrenti f’din il-kawża huwa ta’ telf pekunarju. Il-mistoqsija li tqum hija jekk it-telf imġarrab direttament fil-kont bankarju tar-rikorrenti huwiex il-fattur ta’ konnessjoni rilevanti li jagħmel il-post fejn jinsab il-kont bankarju tair-rikorrenti “il-post fejn seħħ id-dannu”. Jekk iva, allura l-qorti tar-rinviju tistaqsi liema mill-kontijiet involuti fit-tranżazzjoni jkunu fil-fatt dawk rilevanti.

69.      Jista’ jkun utli li jiġi mfakkar mill-bidu nett li l-kunċett ta’ “dannu” fil-frażi “post fejn seħħ id-dannu” jirreferi għad-dannu kkawżat fis-sens ta’ konsegwenzi avversi diretti fuq l-interessi legalment protetti ta’ rikorrent speċifiku. Huwa għalhekk li fil-ġurisprudenza ċċitata hawn fuq, (46) il-Qorti tal-Ġustizzja tkompli tirreferi għal “dannu inizjali” fis-sens ta’ “dannu inizjali”, esklużi postijiet ta’ “dannu finanzjarja indiretta” (sussegwenti) li jirriżulta minn dan id-dannu inizjali.

70.      Liema dannu speċifika r-rikorrent potenzjali qed jiġi protett minn u meta din it-tip ta’ dannu tista’ sseħħ jiddependi fuq it-tip speċifiku ta’ responsabbiltà għal danni tiġi invokata. Fil-każ ta’ responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina minn prospett allegatament difettuż, dannu fis-sens ta’ dannu diretta li persuna qed tiġi protetta minnha tikkonsisti f’li ma titteħidx deċiżjoni ta’ investiment ibbażata fuq informazzjoni qarrieqa li, jekk b’għarfien sħiħ tal-fatti korretti, persuna ma kinitx tieħu.

71.      L-espressjoni pekunjarja tal-konsegwenzi ta’ dan id-dannu f’termini ta’ telf finanzjarju issegwi loġikament ’ minn dan l-avveniment ta’ dannu. Minkejja l-importanza ekonomika tagħha, għal skopijiet ta’ ġurisdizzjoni, dan it-telf finanzjarju huwa sempliċi espressjoni monetarja tad-dannu li diġà ġara, speċifikament li wassal sabiex tittieħed deċiżjoni ta’ investiment detrimentali. Fi kliem ieħor, inqis li t-telf ikkalkulat skont l-assi tar-rikorrent jew il-mezzi finanzjarji disponibbli fil-kont bankarju ma jikkostitwix it-tip preċiż ta’ dannu li kontrih tipproteġi r-responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina.

72.      Allura x’inhu dak id-dannu dirett fis-sens tal-konsegwenzi negattivi immedjati fuq r-rikorrent individwali? Jidhirli li f’sitwazzjonijiet bħal dawk deskritti fil-kawża preżenti, id-dannu dirett jidher fil-mument (u fil-post) meta, abbażi ta’ informazzjoni qarrieqa fil-prospett, l-investitur jidħol f’rabta legalment vinkolanti u obbligu eżegwibbli sabiex jinvesti fl-istrument finanzjarju inkwistjoni.

73.      Dan jikkorrispondi mal-linja meħuda fil-ġurisprudenza deskritta hawn fuq (47) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li d-dannu finanzjarju muri mill-effett fuq il-kont bankarju jew l-assi jinsab “’l isfel wisq” biex jiġi kkunsidrat bħala l-fattur ta’ konnessjoni rilevanti li jiddetermina “il-post fejn seħħ id-dannu”.

74.      Iktar riċenti, l-istess konklużjoni ntlaħqet fis-sentenza f’Annual Music meta l-Qorti tal-Ġustizzja osservat li d-dannu rilevanti seħħ fir-Repubblika Ċeka peress li saret ċertezza ladarba s-saldu miftiehem qabel mal-bord tal-arbitraġġ fir-Repubblika Ċeka. F’dak il-mument ġew iffissati l-prezz attwali tal-bejgħ u l-obbligu korrispondenti (u “piż irriversibbli”). Il-fatt li, biex gie imħallas s-saldu, it-trasferiment sar minn kont bankarju miżmum fil-Pajjiżi l-Baxxi kien irrilevanti (48) Inżid li l-fatt li Universal Music għażlet li tagħmel il-ħlas minn kont Olandiż forsi ma tants kien sorprendenti minħabba li kienet kumpanija Olandiża, iżda setgħet faċilment għażlet kont bankarju ta’ sussidjarja fi Stat Membru differenti. Barra minn hekk, ir-regola taħt l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 tiddetermina fil-prinċipju l-ġurisdizzjoni lokali, u mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali. Għalhekk, il-post eżatt tal-kont bankarju ta’ Universal Music fil-Pajjiżi l-Baxxi ftit li xejn kien magħruf u prevedibbli għall-konvenut, u lanqas m’għandu rabta mill-qrib mal-azzjoni inkwistjoni f’dak il-każ.

75.      Ir-rilevanza ta’ dan it-telf finanzjarju sussegwenti bħala fattur ta’ konnessjoni ġiet ukoll rikonoxxuta fis-sentenza f’Kolassa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “is-sempliċi fatt li ir-rikorrenti sofra konsegwenzi finanzjarji ma jiġġustifikax l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati tad-domiċilju tar-rikorrenti jekk, kif kienet is-sitwazzjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Kronhofer […], kemm l-avvenimenti li jikkawżaw it-telf kif ukoll it-telf innifsu seħħew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor” (49).

76.      Huwa veru li l-Qorti tal-Ġustizzja sabet li l-post fejn kien jinsab il-kont bankarju kien rilevanti għall-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni, iżda dik il-konstatazzjoni kienet appoġġjata mill-verifika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-konvenut innotifika t-tagħrif allegatament difettuż fl-Awstrija. Huwa biss wara pass bħal dan li kien possibbli għal investitur bħas-Sur Kolassa li jidħol f’obbligu legalment vinkolanti biex jinvesti l-ammont speċifiku ta’ flus li preżumibbilment seħħ fil-post tal-kont bankarju tiegħu.

77.      Meta u fejn dan l-obbligu jsir vinkolanti u eżegwibbli hija kwistjoni ta’ liġi nazzjonali u u għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali, skont in-natura tat-transazzjoni inkwistjoni. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, x’aktarx ikun il-mument li fih l-investitur iffirma kuntratt ta’ bejgħ taċ-ċertifikati inkwistjoni. F’sitwazzjoni bħal din, it-tnaqqis sussegwenti fil-fondi disponibbli fil-kont bankarju ta’ persuna se jikkostitwixxi effett negattiv ‘sempliċi’ li jirriżulta mill-dannu li diġà seħħet.

78.      Il-post fejn dan l-obbligu ta’ investiment legalment vinkolanti huwa meqjus b’mod fattwali, fil-fehma tiegħi, ikun il-post fejn seħħ id-dannu. Fejn tali post ikun jinsab eżattament hija kwistjoni għal-liġi nazzjonali kkunsidrat fid-dawl ta’ provi fattwali disponibbli. Huwa probabbli li jkun il-binja ta’ fergħa tal-bank fejn ġie ffirmat il-kuntratt ta’ investiment rispettiv, li jista’ jikkorrispondi, bħal fil-kawża Kolassa, fejn kien jinsab il-kont bankarju.

79.      Dan ir-riżultat jikkonforma, fil-fehma tiegħi, mal-għanijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-iżvolġiment effettiv tal-proċeduri (50) għaliex il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent jidħol fl-obbligu ta’ investiment rispettiv x’aktarx tkun f’pożizzjoni tajba biex tiġbor evidenza, tisma’ xhieda, tevalwa ċ-ċirkustanzi li fihom ġiet kommessa ir-responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina u tevalwa t-telf li jirriżulta. Barra minn hekk, ir-riżultat huwa wkoll konformi mal-objettiv tal-prevedibbiltà tar-regoli ġurisdizzjonali: kif innutat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza f’Kolassa, (51) il-konvenut, billi jinnotifika l-prospett għal Stat Membru speċifiku, għandu jantiċipa li investituri fis-suq sekondarju, domiċiljati f’dak l-Istat Membr jistgħu jinvestu f’dak iċ-ċertifikat u jsofru telf.

80.      Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, ma hemmx għalfejn li jiġu kkunsidrati, sabiex tiġi attribwita ġurisdizzjoni, il-kontijiet bankarji speċifiċi msemmija mill-qorti tar-rinviju u użati miir-rikorrenti biex jagħmel l-investiment. Jiena tal-fehma li l-post tal-kont bankarju ma tantx jista’ jkun ikkunsidrat fih innifsu, konklużiv biex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001. Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza f’Universal Music (kif ukoll fil-kawża Kronhofer) il-kont bankarju kkunsidrat waħdu ma jikkostitwixxix fattur ta’ konnessjoni affidabbli (52). Kont bankarju huwa għodda newtrali - jista’ jinfetaħ kullimkien u, fir-realtà tal-e-banking tal-lum, amministrat minn kullimkien. Il-kwistjoni mqajma f’dan il-każ, kif ukoll il-multipliċità tal-kontijiet bankarji użati fil-kuntest tal-investiment magħmul miir-rikorrenti, jenfasizzaw biss il-fatt li meta jitqies il-kont bankarju bħala l-fattur ta’ konnessjoni jagħmel il-ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tiddependi fuq il-metodi ta’ transazzjoni f’kull każ u, fl-aħħar tal-ġurnata, xejn ħlief prevedibbli.

81.      It-tieni konklużjoni intermedjarja tiegħi hija għalhekk li, l-espressjoni “post fejn seħħ id-dannu” għandħa tiġi interpretata bħala li tirreferi għall-post fejn l-investitur tas-suq sekondarju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, daħlet f’obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli biex tinvesti f’ċertifikati bbażati fuq prospett allegatament difettuż.

V.      Konklużjoni

82.      Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) kif ġej:

Fir-rigward ta’ talba dwar responsabbiltà għal danni ta’ rappreżentazzjoni ħażina kkawżata mill-pubblikazzjoni ta’ prospett allegatament difettuż relatat ma’ ċertifikati għal obbligazzjoni lill-portatur [bearer bonds] li jistgħu jiġu akkwistati f’suq sekondarju nazzjonali speċifiku u li jirriżulta f’telf ta’ investiment, il-kunċett tal-“post fejn l-avveniment dannuż seħħ jew jista’ jseħħ” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat bħala li jinsab fi, u li jkopri it-territorju kollu tal-Istat Membru fejn dawk iċ-ċertifikati setgħu ġew sottoskritti b’mod validu, kif ukoll il-post fejn l-investitur tas-suq sekondarju, bħar-rikorrenti, daħal f’obbligu legalment vinkolanti u eżegwibbli biex jinvesti bbażat fuq dak il-prospett.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Regolament tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1).


3      Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012 L 351, p. 1).


4      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, (C-375/13, EU:C:2015:37).


5      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C-375/13, EU:C:2015:37, paragrafi 28 sa 35).


6      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 40).


7      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 57).


8      Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar tas-sentenzi fl-oqsma ċivili u kummerċjali (il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”) (ĠU 1978 L 304, p. 36).


9      L-ewwel stabbilit fis-sentenza tat-30 ta’ Novembru 1976, Bier (21/76, EU:C:1976:166). Ara, pereżempju, sentenzi tal-11 ta’ Jannar 1990, Dumez France u Tracoba (C 220/88, EU:C:1990:8, paragrafu 10); tad-19 ta’ Settembru 1995, Marinari (C-364/93, EU:C:1995:289, paragrafu 11); tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C 168/02, EU:C:2004:364, paragrafu 16); tat-22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C 441/13, EU:C:2015:28, paragrafu 18); tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 45); tal-21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide (C 352/13, EU:C:2015:335, paragrafu 38); tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C 12/15, EU:C:2016:449, paragrafu 28); u tas-17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C 194/16, EU:C:2017:766, paragrafu 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).


10      Sentenza tal-11 ta’ Jannar 1990, (C-220/88, EU:C:1990:8, paragrafu 13).


11      Is-sentenza tal-11 ta’ Jannar 1990, Dumez France u Tracoba (C‑220/88, EU:C:1990:8, paragrafu 20). Enfasi miżjuda.


12      Sentenza tal-11 ta’ Jannar 1990, Dumez France u Tracoba (C-220/88, EU:C:1990:8, speċjalment il-paragrafi 18 u 20). Enfasi miżjuda.


13      Fid-dettall dwar din id-distinzjoni, ara wkoll il-Konklużjonijiet tiegħi flyLAL-Lithuanian Airlines (C 27/17, EU:C:2018:136, punt 37).


14      Is-sentenza tad-19 ta’ Settembru 1995, Marinari (C-364/93, EU:C:1995:289).


15      Sentenza tad-19 ta’ Settembru 1995, Marinari (C 364/93, EU: C:1995:289, paragrafi 14 u 21).


16      Sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2004, (C 168/02, EU:C:2004:364).


17      Sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C 168/02, EU:C:2004:364, paragrafu 21). Enfasi miżjuda.


18      Sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C‑168/02, EU:C:2004:364, paragrafu 20).


19      Ibidem.


20      Sentenza tal-21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2015:335, paragrafu 52).


21      Ara il-Konklużjonijiet tiegħi fi flyLAL-Lithuanian Airlines (C‑27/17, EU:C:2018:136, punt 75).


22      Ara, pereżempju, sentenza tas-17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C 194/16, EU:C:2017:766, paragrafu 39).


23      Premessi 11 u 12 tar-Regolamenti 44/2001.


24      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37).


25      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 55).


26      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 56).


27      Għal eżempju ta’ approċċ simili fil-livell nazzjonali, tista’ ssir referenza għas-sentenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali Ġermaniża), sentenza tat-13 ta’ Lulju 2010, XI ZR 28/09. Il-każ kien jikkonċerna talba mressqa minn rikorrenti domiċiljat fil-Ġermanja kontra entità Brittanika li toffri prodotti tas-suq kapitali permezz ta’ intermedjarju li jaġixxi fil-Ġermanja. L-rikorrenti u l-intermedjarju kkonkludew kuntratt ta’ investiment li, apparentement, ma setax (qatt) ikun ta’ qligħ minħabba ħlasijiet għoljin. Il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali) kkonkludiet li l-qrati Ġermaniżi tal-post fejn jinsab il-kont bankarju, li minnu sar il-ħlas rispettiv, jistgħu jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom bħala “il-post fejn seħħ id-dannu” meta t-trasferiment tal-fondi huwa konsegwenza diretta ta’ att responsabbiltà għal danni, jiġifieri li tinċita lir-rikorrenti permezz ta’ intermedjarju biex tinvesti fi prodotti li qatt ma jistgħu jkunu ta’ qligħ. Il-qorti federali Ġermaniża ħalliet il-mistoqsija dwar jekk il-ġurisdizzjoni tal-Ġermanja tistax tkun ibbażata wkoll fuq il-post tal-avveniment li jagħti lok għad-dannu.


28      Ara, pereżempju, Gargantini, M., “Is-swieq kapitali u s-suq għal deċiżjonijiet ġudizzjarji: it-tfittxija għal konsistenza”, Dokument ta’ Ħidma MPILux 1, 2016, p. 18; Lehmann, M., “Responsabbiltà tal-prospett u liġi privata internazzjonali - tevalwa l-pajsaġġ wara d-deċiżjoni Kolassa CJEU (Każ C 375/13)”, Ġurnal tal-Liġi Internazzjonali Privata, 2016, p. 318, p. 331; Cotiga, A., “C.J. U.E., 28 ta’ Jannar 2015, Harald Kolassa c. Barclays Bank PLC, Aff. C-375-13”, Revue internationale des services financiers, 2015, p. 40, p. 48 sa 49.


29      Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449).


30      Is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, paragrafu 40). Enfasi miżjuda.


31      Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449, paragrafi 36 u 37). Enfasi miżjuda.


32      Ara il-punt 40 hawn fuq ta’ dawn il-Konklużjonijiet.


33      Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449, paragrafi 36 sa 39).


34      Ara pereżempju, sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et al (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, paragrafu 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).


35      Kif jirriżulta mill-premessa 11 tar-Regolament Nru 44/2001.


36      Ara, pereżempju, sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C-168/02, EU:C:2004:364, paragrafu 14), jew tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449, paragrafu 25).


37      Ara għal stqarrija reċenti, sentenza tas-17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C-194/16, EU:C:2017:766, paragrafi 26 sa 27).


38      B’mod ġenerali ara l-Konklużjonijet tiegħi fi flyLAL-Lithuanian Airlines (C 27/17, EU:C:2018:136, punti 94 sa 99).


39      Jista’ jingħad ukoll li mid-digriet tar-rinviju jidher li l-awtur tal-verżjoni Ġermaniża tal-prospett inkwistjoni huwa l-konvenut u li d-distribuzzjoni fl-Awstrija tal-prospett, u l-komunikazzjoni rilevanti tagħha lir-rikorrenti, hija attribwibbli għall- istess konvenut, li fl-aħħar mill-aħħar hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Dan jikkorrispondi wkoll għall-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:375) relatata, suġġetta għal verifika mill-qorti tar-rinviju, lill-istess konvenut u l-prodott fis-suq kapitali. Ara wkoll il-punt 76 ta’ dawn il-Konklużjonijiet.


40      L-allegata ġestjoni ħażina tal-fondi fi Frankfurt, kienet il-kawżi li ċ-ċertifikati jitilfu l-valur tagħhom, sa fejn din kienet il-konsegwenza inevitabbli tal- informazzjoni kontenuta fil-prospett bażi hija kwistjoni ta’ fatt u kawża (sostantiva) li l-qrati nazzjonali għandhom jivverifikaw.


41      Ara r-referenzi hawn fuq fin-nota f’qiegħ il-paġna 9.


42      Ara f’dan il-kuntest, b’mod partikolari d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU 2003 L 345, p. 64).


43      B’kuntrast, meta l-Qorti tal-Ġustizzja analizzat il-kunċett ta’ “avveniment li ta lok għall-ħsara” fil-Kawża Kolassa (sakemm it-talba kienet tikkonċerna l-ksur ta’ “obbligi legali relatati mal-prospett u informazzjoni għall-investituri”), ma kien hemm l-ebda informazzjoni li turi li d-deċiżjonijiet dwar l-arranġamenti għall-investimenti proposti mill-Barclays Bank, u l-kontenut tal-prospetti rilevanti, ittieħdu mill-Istat Membru fejn huwa ddomiċiljat l-investitur jew li dawk il-prospetti kienu oriġinarjament abbozzati u mqassma kullimkien minbarra l-Istat Membru li fih Barclays Bank għandu s-sede tiegħu. Ara s-sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C-375/13, EU:C:2015:375, paragrafu 53).


44      Jista’ jiġi mfakkar li l-istess loġika ġiet ukoll milqugħa mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Kolassa, għalkemm f’relazzjoni mal-post fejn seħħ it-telf: “l-emittent ta’ ċertifikat li ma jikkonformax mal-obbligi legali tiegħu fir-rigward tal-prospett għandu, meta huwa jiddeċiedi li jinnotifika l-prospett relatat ma’ dak iċ-ċertifikat fi Stati Membri oħra, jantiċipa li operaturi informati b’mod inadegwat, domiċiljati f’dawk l-Istati Membri, jistgħu jinvestu f’dak iċ-ċertifikat u jsofru minn telf” - sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:375, paragrafu 56).


45      Sentenza tat-30 ta’ Novembru 1976, (21/76, EU:C:1976:166).


46      Fuq, punti 32 sa 37 u 43 ta’ dawn il-Konklużjonijiet. Għal diskussjoni aktar dettaljata ta’ dan il-punt, ara l-Konklużjonijet tiegħi fi flyLAL-Lithuanian Airlines (C-27/17, EU:C:2018:136, punti 29 sa 42 u 64 sa 67).


47      Hawn fuq, punti 32 sa 37 u 43 ta’ dawn il-Konklużjonijiet.


48      Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449, paragrafi 31 sa 32).


49      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, (C-375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 49).


50      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).


51      Sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, (C 375/13, EU:C:2015:37, paragrafu 56).


52      Ara f’dan is-sens sentenzi tal-10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C-168/02, EU:C:2004:364, paragrafu 20), u tas-16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C-12/15, EU:C:2016:449, paragrafu 38).