Language of document : ECLI:EU:T:2011:15





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2011 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/07)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Telekomunikazzjonijiet – Taxxa fuq il-beni immobbli ta’ impriżi fir-Renju Unit – Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura - Intervent - Portata tad-drittijiet proċedurali tal-intervenjent marbuta mad-data tat-tressiq tat-talba għal intervent (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(6)) (ara l-punt 51)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna - Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna - Dritt għal azzjoni - Kundizzjonijiet (Artikolu 88(2) KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 88-90, 92, 93, 95, 98)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/951/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2006, dwar l-applikazzjoni tar-Renju Unit tat-taxxa fuq il-beni immobbli tal-impriżi fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet fir-Renju Unit [C 4/2005 (ex NN 57/2004, ex CP 26/2004)] (ĠU L 383, p. 70).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Vtesse Networks Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, AboveNet Communications UK Ltd, Gamma Telecom Ltd, VTL (UK) Ltd u l-British Telecommunications plc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.