Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' April 2012 - Movimondo Onlus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/07) 

("Kooperazzjoni fl-iżvilupp - ECHO - EuropeAid - Esklużjoni tal-kuntratti u sussidji ffinanzjati mill-baġit Komunitarju u mill-FEŻ - Likwidazzjoni u waqfien ta' attività tal-organizzazzjoni umanitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Movimondo Onlus - Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vitali, G. Verusio, G. M. Roberti u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin, C. Hermes u F. Moro, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5802 finali, tal-1 ta' Diċembru 2006, li timponi sanzjoni amministrattiva fuq l-organizzazzjoni mhux governattiva (ONG) Movimondo Onlus - Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale.

Dispożittiv

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Movimondo Onlus - Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 82, 14.04.2007.