Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 – Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/12) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokument imħejji mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-operazzjoni tal-konċentrazzjoni bejn Deutsche Börse u NYSE Euronext – Rifjut tal-aċċess – Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonaliˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-aċċess għal memorandum tal-Kap tad-Diviżjoni inkarigat mill-kawżi relatati mal-kompetizzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Intrapriża u Industrijaˮ.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jürgen Beninca huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 46, 16.02.2013.