Language of document : ECLI:EU:T:2013:558





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑561/12)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument imħejji mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-operazzjoni tal-konċentrazzjoni bejn Deutsche Börse u NYSE Euronext — Rifjut tal-aċċess — Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonaliˮ

1.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Rifjut tal-aċċess għal dokumenti interni tal-Kummissjoni relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni — Deċiżjoni li tintemm il-proċedura li hija s-suġġett ta’ proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rifjut — Abbandun tal-proġett ta’ konċentrazzjoni mill-partijiet — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 6(1) u 10(5)) (ara l-punti 30-32, 36-39, 45)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti — Kunċett — Interess suġġettiv tal-persuna kkonċernata li tiddefendi ruħha — Esklużjoni (Artikolu 255 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 1 u 2 u Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punti 52, 58, 59)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Portata li tikkonċerna d-dokumenti li fuqhom huwa bbażat il-proċess leġiżlattiv — Applikazzjoni għad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 2 u 6 u Artikolu 4; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004) (ara l-punt 64)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-aċċess għal memorandum tal-Kap tad-Diviżjoni inkarigat mill-kawżi relatati mal-kompetizzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Intrapriża u Industrijaˮ.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jürgen Beninca huwa kkundannat għall-ispejjeż.