Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2011 - Langguth Erben vs UASI (MEDINET)
(Kawża T-378/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-10 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 1598/2010-04 dwar l-Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8 786 485;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "MEDINET" għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 786 485
Deċiżjoni tal-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni bl-anzjanità ta' trade marks nazzjonali u ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali preċedenti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 34, 75 u 77 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell i) irrifjuta b'mod illegali li jirrikonoxxi l-anzjanità, ii) ma weġibx għall-argumenti tar-rikorrenti dwar id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell dwar it-talbiet ta' prijorità u ta' anzjanità u iii) ma żammx seduta.
____________