Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)
("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHROMA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer AG (Frechen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Mejju 2009 (Każ R 1429/2008-4), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHROMA bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 244, 10.10.2009.